Kurżitajiet Lokali

Xi ħaġa li mhux se tinzerta kuljum…

Il-lista ta’ istramberiji li nsibu fit-toroq tagħna jkomplu jiżdiedu. Illum iltqajna ma’ ritratt fuq il-media soċjali, li fih deher grupp ta’ paguni jduru weħidhom f’żona residenzjali f’Ħal Balzan.

Milli jidher mhux l-ewwel darba li ntlemaħ xi pagun idur fit-toroq, hekk kif aktarx ikunu ħarbu mill-ġonna ta’ San Anton. Bid-differenza li din id-darba minflok pagun wieħed jiġri, ħarġu passiġata flimkien sitt paguni, minkejja li mhux kollha jidru fir-ritratt.

Ir-ritratt ittella’ fuq Facebook mis-Sindku ta’ Ħal Balzan Ian Spiteri.