Lokali

“X’ilbist għall-Karnival?” – “Mhux ta’ Emmy Bezzina!”

Hekk kif fil-Karnival kulħadd jipprova jilbes l-aktar kostum oriġinali, grupp ta’ persuni rnexxielhom jagħmlu dan meta libsu ta’ ħadd ħlief l-Avukat Emmy Bezzina!

Dan l-aħħar, Emmy Bezzina kiseb popolarita’ kbira fil-gżejjer Maltin għall-mod kif jitkellem meta jkun qed jippreżenta programm televiżiv.

Fil-Karnival spontanju tan-Nadur, grupp ta’ persuni dehru lebsin maskli ta’ wiċċ Emmy Bezzina. Dehru wkoll iġorru l-piżelli, l-karrotti u l-basal – li huma sinonimi mal-frażijiet popolari li ħareġ bihom Emmy Bezzina.

“Ħmieġ tal-ġrieden” ukoll saret frażi sinonima ma’ Emmy Bezzina… iżda ħadd ma deher li kien qed iġorr minn dan!