Lokali

X’qed jiġri fil-MEPA U l-Pulizija?

Fil-jum li fih il-Gvern ta’ Muscat se jippreżenta l-Budget għall-2016, id-deputat laburista Marlene Farrugia tgħid illi għalkemm kollox jidher sabiħ, wasal iż-żmien li l-poplu jibda jistaqsi d-domandi.

F’artiklu ippubblikat fil-Malta Independent, Marlene Farrugia tinsisti li n-nies iridu jibdew jistaqsu x’qed jiġri f’istituzzjonijiet bħall-Pulizija u l-MEPA, x’qed jiġri lill-ambjent naturali tagħna, u għaliex qed jiżdied il-faqar meta oħrajn qed jiffangaw kull xahar mill-fondi pubbliċi.

Marlene Farrugia tgħid illi llum fil-ġurnata tal-Budget irridu naħsbu sew u ninsistu biex bħala poplu jkollna risposti. “Imbgħad wara li taħsbu u ttuni l-opinjoni tagħkom”, tikteb id-deputat laburista, “inkun nista’ niddeċiedi jekk nivvutax favur dan il-Budget”.