Lokali Qorti

Żagħżugħ iħebb għall-Pulizija waqt il-Karnival tan-Nadur

Żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li lbieraħ filgħaxija, waqt il-Karnival tan-Nadur, attakka u rreżista bi vjolenza Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija.

Il-ġuvni għandu 22 sena u hu minn Ħaż-Żabbar u tressaq dalgħodu fil-Qorti t’Għawdex. Hu ġie akkużat ukoll li m’obdiet l-ordnijiet tal-Pulizija, li kiser il-bon ordni u l-paċi pubblika.

Il-ġuvni ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet kif ukoll fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat J. Vella Cuschieri. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ritratt: Arkivji