Lokali

Żagħżugħ jinqabad jisraq minn stabbiliment tal-ħwejjeġ fil-Belt

Illum wara nofsinhar żagħżugħ inqabad fil-fatt jisraq minn stabbiliment tal-ħwejjeġ fi triq ir-Repubblika l-Belt, quddiem il-Qorti.

Iż-żagħżugħ jidher li daħal l-istabbiliment u beda jdaħħal xi ħwejjeġ fil-basket li kellu. Meta dan kien ħiereġ mill-ħanut bl-oġġetti misruqa, iż-żagħżugħ ssejjaħ lura fil-ħanut u mmedjatament sar kuntatt mal-Pulizija mid-distrett tal-Belt.

Dawn wassal biex fil-pussess taż-żagħżugħ instabu diversi oġġetti misruqa u għaldaqstant inżamm arrestat.

Jirriżulta wkoll li ż-żagħżugħ kien ilu jdur f’diversi ħwienet fil-Belt għal tal-inqas siegħa.

13833546_10154395749387658_1898317928_o

serqa arrest belt

13835539_10154395748922658_1847745180_o