Żagħżugħ ta’ 19-il sena jinqaleb bil-vettura fil-Marsa

Żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti l-Gudja kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tat-tip Toyota, inqaleb biha u spiċċa man-naħa l-oħra tat-triq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 meta ż-żagħżugħ, residenti l-Gudja, kien qed isuq fi Triq Diċembru 13, fid-direzzjoni tal-Belt Valletta. Fl-inċident ma jidhirx li kien hemm vetturi oħra involuti.

Il-kundizzjoni taż-żagħżħżugħ għad mhix magħrufa.

Ritratt: Andrew Borg Carabott