Lokali

Żagħżugħ ta’ 25 sena jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Maraskala

Raġel ta’ 25 sena miż-Żejtun weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’ħajt.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.20p.m fi Triq Sant’Antnin f’Marsaskala.

Il-karozza Hyundai Accent kellha ħsarat estensivi filwaqt li parti mill-ħajt tal-impjant ta’ riċiklaġġ twaqqa’ bl-impatt. Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.