Internazzjonali

Żbarki ta’ immigranti anki fir-Renju Unit

Żewġt irġiel tressqu l-qorti sigħat wara li l-gwardjani tal-kosta fir-Renju Unit kellhom issalvaw 18 il-Albaniż minn dinghy, ‘il hinn mill-kosta ta’ Kent.
Il-gwardjani tal-kosta u żewġ dgħajjes tal-Border Patrol ħadu sehem fis-salvataġġ tal-Albaniżi meta d-dinghy tagħhom spiċċat f’diffikultà, ‘il hinn mill-kosta ta’ Dymchurch, matul il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd.
Sadanittant, qed jidher li nstab dinghy ieħor simili fuq il-bajja ta’ Dymchurch, iżda l-awtoritajiet ma kkonfermawx xi konnessjoni bejn dan id-dinghy u d-dinghy tal-Albaniżi.
L-ogħla awtoritajiet tal-gwardjani tal-kosta Franċiżi qalu li dan id-dinghy partikulari ma kienx attrezzat biex jaqsam mill-Kanal Ingliż. Huma fissru li n-nies li qed jaqsmu ‘f’dgħajjes u dinghies ippakkjati’ mir-rotot tal-baħar għall-vapuri u miz-zoni tal-Kanal Ingliż magħrufin għall-kurrenti qawwija jkunu qegħdin jissugraw xi tmiem traġiku.