Lokali

Żewġ persuni jwettqu hold up minn banka tal-lottu f’Tal-Pieta’

Ammont sostanzjali ta’ flus kontanti nsterqu minn banka tal-lottu lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs (23:30), fi Triq ix-Xatt, Pietà.

Minn investigazzjonijiet perliminari jirriżulta li dak il-ħin allegatament kien hemm żewġt irġiel, wieħed ta’ sitta u tletin sena u ieħor ta’ tlieta u għoxrin sena, qed jinstallaw kameras tas-siġurtà fil-preżenza ta’ sid il-banka, li għandu erbgħa u tletin sena.

F’daqqa waħda daħlet persuna mgħammda li ppuntat pistola lejn is-sid, li jirrisjedi s-Swieqi, u talbitu l-flus. Hekk kif dan tal-aħħar tah dak li ried, il-ħalliel minnufih ħarab minn fuq il-post.

Il-każ qed jiġi nvestigat mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett ta’ tas-Sliema kif ukoll inħatru diversi esperti biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali.