Lokali

Żewġ sewwieqa ta’ mutur iweġġgħu gravi

Żewġ sewwieq ta’ mutur weġġgħu gravi f’żewġ inċidenti tat-traffiku separati.

Il-Pulizija ġew infurmati bl-inċidenti li seħħew fl-Imsida u fil-Mellieħa, għall-ħabta tal-4pm.

L-ewwel inċident seħħ fi Triq Oscar Żammit fl-Imsida, meta żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Ħamrun, tilef il-kontroll tal-mutur u laqat żewġ karozzi pparkjati.

L-inċident l-ieħor seħħ fi Triq il-Marfa l-Mellieħa, meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 58 sena minn ħad-Dingli u taxi misjuqa minn żagħżugħ ta’ 29 sena min-Naxxar.