Lokali Qorti

Żewġt irġiel jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ serq fuq il-bajja ta’ Marsalforn

Wara numru ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija solviet sensiela ta’ serq li kien qiegħed iseħħ ġewwa l-bajja ta’ Marsalforn. Żewġt irġiel ġew imressqa l-Qorti b’arrest marbuta mal-każijiet ta’ serq ta’ flus u oġġetti oħra – kif ukoll li laqgħu għandhom ħwejjeġ misruqa.

Iż-żewġt irġiel ġew arrestati wara rapporti minn mara, fejn nhar l-24 t’Awwissu kienet qegħda tgħowm fil-bajja ta’ Marsalforn.

L-akkużati li tressqu quddiem il-Qorti huma raġel ta’ 25 sena residenti l-Imtarfa u raġel ieħor ta’ 26 sena residenti Marsaskala.

L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi li ġew miġjuba kontrihom quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri. Iż-żewġt irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet tal-Qorti, fosthom depożitu ta’ €1000 u garanzija personali ta’ €3000.