Kunsilli Lokali Lokali

Żibel ma’ kullimkien fis-Swieqi minħabba nuqqas ta’ fondi u infurzar mill-Gvern

Ċertu żoni fis-Swieqi qed jesperjenzaw problema ta’ żibel ma’ kullimkien minħabba nuqqas ta’ fondi u infurzar mill-awtoritajiet ċentrali.

Is-Sindku tal-lokalità Noel Muscat spjega li peress li s-Swieqi hija parti mill-iskema ta’ ‘organic waste separation’, il-boroż is-suwed ma jinġabrux f’ċertu ġranet matul il-ġimgħa. Madanakollu, żieda fix-‘short lets’, qed twassal għal inqas osservazzjoni ta’ din l-iskema, b’ħafna joħorġu l-boroż suwed fil-ġranet kollha – anke meta mhux suppost.

L-infurzar biex dan ma jseħħx hu f’idejn il-Pulizija u l-gwardjani lokali, fosthom ‘green wardens’ li jaqgħu taħt l-aġenzija l-ġdida li waqqaf il-Gvern ‘LESA’. Iżda jidher li l-awtoritajiet ċentrail m’għandhomx biżżejjed nies biex iwettqu l-infurzar.

Is-Sindku tal-lokalità Noel Muscat spjega li l-awtoritajiet qed jispiċċaw iduru fuq il-Kunsill Lokali, li mhuwiex mogħti biżżejjed fondi mill-Gvern biex ikun jista’ jiffunzjona.

“Kulħadd ifarfar fuq il-kunsill; imma l-Kunsill la għandu saħħa finanzjarja u l-anqas riżorsi” qalilna s-Sindku. “Il-problema ta’ nuqqas ta’ fondi għall-Kunsilli Lokali qed issir aktar akuta u l-Gvern m’hu qed jagħmel xejn biex jindirizza din il-problema,” temm jgħid.

zibel 1

zibel 2

zibel 4

zibel 5

zibel 6

zibel 3