Lokali

Żvelat dewmien ġdid għall-powerstation tal-gass

Il-ġurnal Times of Malta żvela li se jkun hemm dewmien ġdid fil-bini tal-powerstation tal-gass, hekk kif l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi għadha l-anqas biss bdiet il-proċess li tapprova l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi.
Fl-artiklu ntqal li l-Awtorità kkonfermat hi stess li dan il-proċess għadu ma bediex. Dan filwaqt li l-Uffiċju tal-Prim Ministru qed jirrifjuta jagħti deadline ġdid ta’ meta l-powerstation se titlesta.

F’risposti għall-mistoqsijiet ta’ The Times, il-konsorzju fdat bil-bini tal-powerstation, Electrogas, qal li hu ssotometta l-applikazzjonijiet kollha neċessarji u issa qed jistenna risposta mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

Oriġinarjament, il-powerstation tal-gass kellha titlesta sa’ Marzu 2015. Madanakollu s’issa diġa kien hemm tlett okkażjonijiet fejn id-deadline tmexxa għal aktar ‘il quddiem – bid-deadline l-ġdid għadu mhux magħruf, hekk kif il-Gvern qed jirrifjuta li jgħid meta l-bini tal-powerstation se jitlesta.

Fir-rapport ta’ The Times jintqal li l-proċess tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi jieħu madwar xahar u jkun jinkludi wkoll konsultazzjoni pubblika. Wara, tittieħed deċiżjoni mill-Awtorità.

Intant, apparti l-bini tal-powerstation tal-gass, fil-bajja ta’ Marsaxlokk se jitpoġġa tanker tal-gass b’kobor daqs tlett grounds tal-futbol, b’periklu għar-residenti tal-inħawi.

It-tanker tal-gass telaq minn Singapore aktar kmieni dan ix-xaahr, u għadu fi triqtu lejn il-bajja ta’ Marsaxlokk.