BLOGS

Skakkiera Fuq il-Fosos

1. Ftit jiem ilu konna lkoll flimkien niċċelebraw l-festi tal-Indipendenza Fuq il-Fosos. Festi li ngħalqu minn meeting li attendew għalih eluf kbar ta’ nies. Festi li kif rajna reġgħu bdew jagħtu iktar demm u ħeġġa. Sezzjoni partikulari għal diversi bħali spikkat. Kienet dik tal-isport. Rajna dixxiplini varji jieħdu sehem, b’nies li ġejjin minn setturi differenti jipparteċipaw attivament.

Skakkisti
2. Fost dawn rajt bi pjaċir ġabra kbira ta’ lagħaba tal-iskakki. Skakkisti ta’ dawk li jafu jilagħbu tajjeb ħafna l-logħba taċ-ċess. Għandi rabta partikulari ma’ din l-logħba jien ukoll. Waħda li teħodni lura lejn meta kont immur għand il-mibki Erin Serracino Inglott u nqatta’ n-nofstanhar tas-Sibt nitgħallem mingħandu, li kien Champion ta’ Malta. Logħba wara oħra għallimni sew.

Mossi u kontro-mossi
3. Fuq dik l-iskakkiera, il-bord tal-logħba taċ-ċess, li fiha 64 skakk alternattivi suwed u bojod, kont bdejt nagħraf u nieħu lezzjonijiet futuri li servewni sew. Fuq dawn iċ-ċangaturi ta’ dak is-sett f’dik l-iskakkiera għażiża ħafna għalih tgħallimt. L-ewwel l-mossi u ovvjament il-kontro-mossi futuri u kkomplikati li l-mossi jġibu, it-tieni l-valur ta’ kull waħda mis-sittax-il-biċċa li kien ikolli f’idejja u t-tielet li hemm linja ta’ rażan bejn il-logħba u r-rebħ jew telf tagħha.

Malti preċiż
4. Tgħallimt l-ismijiet ta’ diversi li kienu għamlu ġieħ u niżżlu isimhom f’rebħiet mondjali. Kif ukoll l-ismijiet bil-Malti preċiż u dirett tiegħu ta’ dak kollu li l-logħba għandha bil-famuż skakk li kien isejjaħli kull darba li r-re nsibu minnu taħt attakk. Iċ-ċess fiha ħafna x’toffri, f’din il-logħba li tintlagħab bejn tnejn fuq dik l-iskakkiera b’sittax-il biċċa naħa suwed naħa bojod li jibdew fuq l-oħra.

Valur Edukattiv
5. Hemm u hekk kien hemm għalija valur edukattiv fl-iskakki. Niftakar li xi snin ilu l-Gvern Spanjol kien iddeċieda li jagħmel is-suġġett wieħed obbligatorju fl-iskejjel. Ingħad bħala ġustifikazzjoni li “it improves memory and strategic capacity, teaches students to make decisions under high pressure and develops concentration.” Għodda vitali fid-dinja partikulari u komplikata tal-lum.

Aspett negattiv
6. Hemm fuq in-naħa l-oħra l-aspett li wieħed irid joqgħod attent għalih. Għax hemm mumenti meta min jintilef jispiċċa jaħseb li l-ħajja hi wkoll logħba taċ-ċess mentri kif nafu mhijiex. Dan fuq żewġ livelli. L-ewwel għax hemm min jikkonsidra l-logħba kamp ta’ battalja fejn telfa jeħodha bil-kbir u l-għan tiegħu jispiċċa jkun id-distruzzjoni tal-avversarju.

Fil-kamp politiku
7. Fit-tieni hemm dawk li jiġu mill-kamp politiku li jintilfu jimmaġinaw li l-bnedmin huma biċċiet mis-sittax li jkollhom f’idejhom. Fejn jispiċċaw iħawdu fl-importanza tal-biċċiet ma’ dik tal-valur tal-bniedem. Fejn jissagrifikaw dak li ma għandhomx u jżommu dawk li ma għandhomx. Biss, kif jgħidu, But Chess is only Chess.

Minn età bikrija
8. Hemm f’din arti li titwieled minn dik tal-ġudizzju li l-logħba taċ-ċess lin-nies tar-raġuni tagħti. Ċert f’dan, għalhekk, li iktar ma jkollna żagħżagħ li jiġu mgħallma din il-logħba minn età bikrija iktar aħjar għalihom u għas-soċjetà. Kien għalhekk żgur pass għaqli u tajjeb tal-kollega l-frosta David Agius li kien xprun biex l-iskakkiera tiġi Fuq il-Fosos.