Lokali

Analiżi ta' sena ta' Gvern Laburista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ilbieraħ għamel analiżi dwar sena ta’ Gvern Laburista. Din l-analiżi, li xxandret għall-ewwel darba lbieraħ fuq NET Television, tinkludi ħarsa lejn il-punti politiċi prinċipali li ddominaw l-aħbarijiet din is-sena, fosthom l-iskema tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza, il-politika tal-pushbacks li pprova jadotta l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-problema tal-qgħad li kull ma jmur qed tikber u l-ksur tal-wegħdiet tal-meritokrazija u t-trasparenza f’għadd ta’ okkażjonijiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar il-ħidma li qed issir mill-Partit Nazzjonalista biex ikun Oppożizzjoni effettiva u kostruttiva fil-mod kif jirrappreżenta liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Din il-produzzjoni se terġa’ tixxandar illejla u għada, fit-8.30pm, fuq NET Television.