Numru ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ħadu sehem f’dibattitu fuq il-Kampus tal-Università ta’ Malta. Id-dibattitu kien organizzat mill-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) u mill-Insite, bl-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
L-iskop tad-dibattitu kien biex jitpoġġew fuq l-aġenda l-prijoritajiet tal-istudenti Għawdxin, li xi kultant jiffaċċjaw aktar sfidi minn studenti Maltin. Il-kandidati kellhom iwieġbu għal diversi mistoqsijiet minn studenti membri f’diversi organizzazzjonijiet studenteski fi ħdan l-Università.
It-temi li l-istudenti għamlu l-mistoqsijiet tagħhom dwarhom kienu d-drittijiet tal-persuni LGBT, il-kaċċa, l-immigrazzjoni u l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Id-dibattitu kellu l-iskop ukoll li jippromwovi l-kampanja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew biex aktar żgħażagħ jivvutaw fl-elezzjoni ta’ Mejju li ġej.
F’isem il-Partit Nazzjonalista ħadu sehem Stefano Mallia u Kevin Plumpton.
//= $special ?>

