Lokali

New York: Ħruġ ta' gass aktarx kawża ta' splużjoni li qerdet żewġ blokkijiet ta' bini

Splużjoni qawwija qerdet żewġ blokkijiet ta’ bini fiż-żona ta’ Harlem, fi New York. Il-ħidma ta’ salvataġġ mid-dipartimenti tal-emerġenza għadha għaddejja, bl-awtoritajiet ta’ New York indikaw li aktarx kien hemm persuna mejta u 16 oħra feruta.

L-ewwel investigazzjonijiet qed juru li l-każ seħħ aktarx minħabba ħruġ ta’ gass.