Lokali

L-ewwel sena mit-tmexxija ta' Papa Franġisku fil-Knisja Kattolika

Il-Papa Franġisku llum qed ifakkar l-ewwel sena tiegħu fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika. Bħalissa, Franġisku qed iqatta' ġimgħa rtir mal-Kardinali u Isqfijiet f'Ruma.

Fi stħarriġ li sar l-Italja, il-Papa Franġisku kiseb l-ogħla popolarità fost il-Papiet tal-istorja riċenti. Hu ġibed lejh is-simpatija ta' ħafna minħabba l-ħajja sempliċi u t-tibdil li qed iwettaq fil-Knisja Kattolika.