Wara ‘Ġieħ l-Isport Malti’, li saret is-Sibt li għadda, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Żgħażagħ u Sport Robert Cutajar esprima wkoll d-diżappunt tiegħu għad-diskors tac-chairmen tal-Kunsill Malti għall-Isport u deputat Laburista Luciano Busuttil, deskritt bħala wieħed partiġġjan u li ma jixraqx attivita’ bħal din.
Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit, li jinkludu uffiċjali tal-Gvern u rappreżentanti ta’ għaqdiet ukoll esprimew id-diżappunt tagħhom għad-diskors ta’ Luciano Busuttil, li anke huma qalu li kien partiġġjan.
Waqt id-diskors tiegħu, Luciano Busuttil qal li l-ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Isport huma demotivati u dan filwaqt li l-Gvern ilu numru ta xhur jgħid li qed jikkunsidra li jxolji dan il-Kunsill. Ġie wkoll innutat li waqt id-diskors tiegħu Luciano Busuttil mkien ma semma’ lis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Stefan Bontempo.
Fl-istess attivita’, kuntrarju għal dak li kien iseħħ fl-aħħar snin, ma ngħatax l-unur tal-aktar kunsill lokali li rawwem kultura sportiva f’pajjiżna. Dan jistona ma’ stqarrijiet tal-Gvern f’diversi okkażjonijiet li qal li se jkun qed jaħdem mal-Kunsilli Lokali biex l-isports ikomplu jinfirxu fil-lokalitajiet.
Sadnittant, rappreżentanti ta’ numru ta’ għaqdiet sportivi lokali qalu lil dan is-sit li ddispjaċihom li ma kinux mistiedna għal din l-attivita’ li tippremja lill-isportivi.
//= $special ?>
