Il-Gvern llum nieda għall-konsultazzjoni l-Istrategija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà. Din l-Istrategija tfasslet mill-Kumitat Azzjoni lejn Soċjetà Ġusta b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva.
L-Istrateġija tiffoka fuq id-dritt tal-anzjani għal ħajja b’dinjità, l-aċċessibbiltà, l-edukazzjoni, ix-xogħol u r-relazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà mal-media. Flimkien ma’ dawn, l-Istrateġija tiffoka wkoll fuq il-ħajja ndipendenti tal-persuni b’diżabbiltà, l-opportunitajiet, ir-riċerka dwar is-settur, il-leġislazzjoni u l-aċċess għall-gustizzja, kif ukoll is-sesswalità u t-trobbija.
//= $special ?>
