Lokali

Laqgħa ta' diskussjoni dwar il-fondi li Gvern Nazzjonalista ġab mill-UE għas-snin li ġejjin

L-investiment ta’ aktar minn €1 biljun li ġew allokati għal pajjiżna taħt Gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista kienu diksussi f’laqgħa bejn il-GRTU u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg. Matul il-laqgħa, il-GRTU elenkat il-prijoritajiet tagħha għal setturi tan-negozji li fihom għandu jsir investiment.

Fost is-setturi identifikati mill-GRTU hemm it-trasport, in-negozji żgħar u medji, assistenza biex jinżamm il-livell fil-produzzjoni, għajnuna għal min iwaqqaf negozju u titjib fil-faċilitajiet tat-trasport bejn Malta u Għawdex biex ikunu mgħejjuna l-investituri Għawdxin. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-Gvern hu mpenjat li 10% tal-fondi Ewropej imorru għal Għawdex u li tkompli titnaqqas il-burokrazija.

Hu sostna li għall-perjodu 2014 – 2020 se jerġa’ jkun hemm baġit għall-industrija. Qal li sar investiment ta’ €2 miljun b’fondi mill-UE biex Transport Malta tagħmel strateġiji għal trasport alternattiv, partikolarment bil-baħar.