Fl-aħħar sena, il-Gvern Laburista mar lura mill-wegħda tiegħu ta’ meritokrazija u mis-slogans “Malta Tagħna Lkoll” u “Tista’ ma taqbilx magħna, imma tista’ taħdem magħna”. Minflok, pajjiżna sar wieħed li fih in-nies tal-qalba jieklu u kultant jiffangaw bla xebgħa.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha semma’ lista ma taqta’ xejn ta’ persuni qrib il-Partit Laburista li gawdew taħt dan il-Gvern. Hu kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017 u l-Fondi Ewropew Ryan Callus u mill-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Norman Vella.
Beppe Fenech Adam fakkar kif mindu ħa l-poter, il-Gvern Laburista ta ħatriet bl-addoċċ lil Membri Parlamentari, qraba ta’ membri tan-naħa tal-Gvern u mpjiegi għal persuni viċin jew ħbieb tal-Prim Minsitru Muscat u l-klikka tiegħu.
Aktar dettalji dalwaqt …
//= $special ?>

