Lokali

Żagħżugħa tittajjar mill-karozza tal-Ministru tal-Finanzi

Żagħżugħa ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija Għawdex ittajret minn karrozza barra Bieb il-Bombi, il-Furjana, f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-2pm. Iż-żagħżugħa, li ttajjret mill-vettura tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, għalkemm mhux magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

Filwaqt li hemm sezzjoni tal-media li qed tgħid li l-Ministru Scicluna kien fil-karozza x’ħin seħħ l-inċident, rapporti oħra qed jiċħdu dan il-fatt. Fl-istess waqt, informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com tgħid li ż-żagħżugħa ngħatat l-ewwel għajnuna mill-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia, li ftit tal-ħin wara nzerta kien għaddej mill-istess triq.

L-impatt tant kien kbir li kawża ta’ dan, infaqa’ l-windscreen tal-karozza BMW 5-series, misjuqa mix-xufier tal-Ministru tal-Finanzi. Ix-xufier għandu 51 sena u hu residenti l-Ħamrun.