L-APS bank uffiċjalment jawgura fergħa ġdid ġewwa H’Attard, li testendi n-‘network’ tagħha madwar Malta u Għawdex. Din il-fergħa se tiffaċilita wkoll l-involviment tal-bank għall-klijenti ġodda, kif ukoll tkun aktar aċċessibli għall-klijenti.
L-eċċellenza tiegħu l -Archisqof Paulu Cremona, kien preżenti għall-ftuħ uffiċcjali u bierek il-post.
Waqt id-diskors tiegħu ic-Chairman tal Bank Mr E.P. Delia, stqar li l-esperjenza tal-bank fil-qasam Pitkali, għal aktar minn 17-il sena, wassal lill-bank biex jinvesti fil-fergħa fiċ-ċentru ta’ Ħ’Attard li se jkompli jagħti servizz lill-klijenti f’dan il-qasam.
Is- Sur Delia żvela li minkella l-kriżijiet finanzjarji globali, l-APS bank kiseb rizultati pożittivi. Is-Sur Delia ikkonkulda billi rringrazzja lill-impjegati tal-bank u lill-artista Agatha Grima għall-pitturi tagħha li jikkumplimentaw id-disinn modern tal-fergħa.
//= $special ?>
