Lokali

Fl-2013, Malta bl-akbar tnaqqis fl-esportazzjoni fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Matul l-2013, bejn Jannar u Diċembru, Malta kellha l-akbar tnaqqis fl-esportazzjoni minn fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, hekk kif irriżulta li kellha tnaqqis ta' 21%. F'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjoni għall-istess perjodu, Malta għandha wkoll fost l-agħar riżultat, hekk kif l-importanzjoni f'Malta rreġistrat it-tieni l-akbar tnaqqis fl-Ewropa, wara Ċipru.

L-istatistika li ġiet ippublikata llum mill-Eurostat turi wkoll kif Malta rreġistrat fost l-akbar tnaqqis f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ lil hinn mill-UE. F'dan il-każ, it-tqabbil hu bejn Jannar 2014 u Diċembru 2013. F'dak li għandu x'jaqsam ma' esportazzjoni, Malta rreġistrat it-tieni l-akbar tnaqqis, jiġifieri 12.5%, filwaqt li Malta rreġistrat l-akbar tnaqqis fl-importazzjoni, jiġifieri 36.7%.