Lokali

Illejla f'.NET – Kollegamenti kontinwi mill-Parlament

Waqt il-programm .NET tal-lejla se jkunu qed isiru kollegamenti kontinwi mill-Kamra tar-Rappreżentanti, hekk kif il-Parlament illum jiddiskuti l-Environmental Impact Assesment tal-proġett tal-Power Station il-ġdida li qed jipproponi l-Gvern Laburista.

Din il-Power Station se tkun qed tiġi fornuta mit-tanker bil-gass, li mistenni jitpoġġa f'nofs il-Bajja ta' Marsaxlokk.

Diversi Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra se jkunu qed jipprateċipaw fid-dibattitu mportanti tal-lejla. Għalhekk, .NET se jżomm lit-telespettaturi kontinwament aġġornati b'dak li jkun qed iseħħ.

Il-programm jibda fis-6.30pm, filwaqt li rappurtaġġ estensiv issibuh fil-ħarġa ta' għada ta' In-Nazzjon.