Lokali

Skont Charlon Gouder il-prezz tal-propjetà fin-nofsinhar ta' Malta niżel tort tal-Oppożizzjoni

Skont il-kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew Charlon Gouder, il-prezz tal-propjetà fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta niżel tort tal-Oppożizzjoni. Gouder sostna dan waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm .NET ilbieraħ filgħaxija flimkien mal-kandidat Nazzjonalista Norman Vella.

Fil-programm, Charlon Gouder sostna li hemm sajjieda Xlukkajri li mhux jaqblu mal-Koperattiva tagħhom, li qalet li t-tanker f’nofs il-Bajja hu froġa. Tkellem ukoll dwar dak li qal Silvio Parnis il-Ħadd li għadda fir-Rabat dwar il-91% li huma kontra dan il-proġett. Hu qal li Parnis ġie kkwotat ħażin.

Fil-programm, Gouder ikkummenta wkoll dwar il-każ tas-serq tad-dawl b’tixħim ta’ Uffiċjali tal-Enemalta. Hu nsista għal aktar minn darba li skont hu, dan hu biss tbagħbis u mhux każ ta’ tixħim. Hu rrepeta wkoll dak li qal il-Prim Ministru Muscat il-Ħadd li għadda, jiġifieri li l-Labour hu l-underdog fl-elezzjoni ta’ Mejju li ġej.