Lokali

Titlaqqa' l-65 Laqgħa Internazzjonali tal-Kunsill tal-ELSA

Il-fergħa Maltija tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudenti tal-Liġi (ELSA) qed tlaqqa’ l-65 Laqgħa Internazzjonali tal-Kunsill tal-ELSA f’lukanda fil-Qawra. Il-laqgħa bdiet il-Ħadd u tintemm il-Ħadd li ġej. Għal din il-laqgħa, hawn f’Malta madwar 300 parteċipant minn 42 pajjiż differenti, li qed jieħdu sehem fi tliet sessjonijiet plenarji, f’workshop u anke se jkollhom ħin għal numru ta’ attivitajiet soċjali.

Il-kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Jonathan Shaw attenda għall-attività u appella għall-importanza tal-involviment taż-żgħażagħ Maltin fis-soċjetà. Fuq l-aġenda tal-laqgħa hemm fost l-oħrajn l-organizzazzjoni ta’ konferenza dwar il-globalizzazzjoni tas-settur legali u l-isfidi marbuta miegħu fil-ġejjieni. Din il-laqgħa mistennija ssir il-Hamis.