Il-Kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone qed jikkunsidra jirtirax mill-kariga ta’ President. Ecclestone għamilha ċara li qed jaħsibha jagħmilx hekk minħabba l-età tiegħu u mhux minħabba każ pendenti li għandu quddiem Qorti Ġermaniża. Ecclestone, li għandu 83 sena, hu akkużat li fl-2006 kien ħallas bil-moħbi lil bankier Ġermaniż, Gerhard Gribkowsky, biex jiffaċilita` l-bejgħ tal-Formula 1.
Ecclestone ilu jmexxi l-Formula 1 għal dawn l-aħħar 40 sena u f’kummenti li ta qal, “Fi tmiem din is-sena se nagħlaq 84 sena u wasal iż-żmien fejn nieħu deċiżjoni jekk inkomplix nagħmel dak li ilni snin kbar nagħmel. Ma tkunx xi ħaġa kbira jekk niddeċiedi li nirtira wara dan iż-żmien kollu.”
//= $special ?>
