Imut ir-raġel ta’ 59 sena li l-Ħadd li għadda weġġa’ gravi meta waqa’ minn għoli fid-dar tiegħu fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex.
Ir-raġel waqa’ minn fuq is-sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fid-dar u ttieħed immedjatment l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ingħata l-ewwel għajnuna sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar.
Dwar dan il-każ saret inkjesta maġisterjali u kienu appuntati diversi esperti biex jgħinu lill-maġistrat.
//= $special ?>
