Fi stqarrija, il-PN qal li kull meta l-Prim Ministru jħossu skomdu, jindirizza suġġett li qed iqajjmu n-nies bi skiet li jtarrax. Hekk ġara lbieraħ meta l-Prim Ministru Muscat kien assenti mid-dibattitu li sar fil-Parlament wara d-deċiżjoni li l-gass għall-Power Station jiġi maħżun f’tanker ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
Il-PN qal li minkejja li dan hu suġġett li qed iħasseb lir-residenti tan-nofsinhar ta’ Malta u ta’ kull min jaqla l-għixien tiegħu madwar il-Port ta’ Marsaxlokk, il-Prim Ministru ma sabx ħin jindirizza dawn il-preokkupazzjonijiet fil-Parlament. Muscat qed jittratta dan is-suġġett b’mod leġġer u meta mitlub jagħti spjegazzjoni ċara, iwieġeb bi skiet li jtarrax.
L-istqarrija tkompli li l-Prim Ministru ma qal xejn lanqas dwar il-gidba tal-Ministru Manwel Mallia dwar il-fatt li l-Brigadier u d-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati għadu ma sarilhomx is-security clearance meħtieġ. Il-Ministru Mallia, temm il-PN mhux biss gideb iżda wara li nqabad, ipprova jgħawweġ il-fatti biex iħawwad l-imħuħ tan-nies.
//= $special ?>
