Lokali

Valletta jegħlbu lil Sirens f’partita bilanċjata

Wara l-wirja millaqwa- tat-tim Nazzjonali fl-Irlanda, fejn irnexxilu jerbaħ tornew bejn 8 timijiet, irritorna l-kampjonat tax-Xitwa b’rebħa faċli għal Sliema filwaqt li Valletta kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Sirens fl-aħħar ħinijiet.
Rebħa fl-aħħar ħinijiet
Valletta United……………..4
Sirens Ritter Sport……….3
(1-1),(0-2),(2-0),(1-0)
Valletta kisbu l-ewwel rebħa tal-Kampjonat meta f’partita bilanċjata għelbu lil Sirens 4-3. Il-Beltin irkupraw wara bidu ħażin iżda wara l-mistrieħ irnexxilhom ma jsofrux gowl u irkupraw u saħansitra skorjaw il-gowl tar-rebħa. Għal Valletta għamel id-debutt Michael Rizzo filwaqt li rritornaw il-kaptin Simon Cachia u Michael Cordina wara li ma lagħbux fl-ewwel partita. Minn naħa tagħhom Sirens għarfu jieħdu vantaġġ minn diversi indeċiżjonijiet fid-difiża ta’ Valletta iżda wara l-mistrieħ ma ħadux l-okkażjonijiet li ġewhom biex spiċċaw tilfu l-partita.
Sirens ħadu l-vantaġġ kmieni fil-partita b’gowl ta’ Matthew Pisani iżda Spiteri Staines għamel l-iskor indaqs minn penalty. Sirens kienu aħjar mill-avversarji fejn bdew jiddefendu iktar magħqudin filwaqt li Valletta kienu eratiċi fl-attakk u ma kinitx sorpriża li Sirens skorjaw tnejn mingħajr rispostabiex daħlu jistrieħu 3-1 minn fuq.
Iżda kliem Anthony Farrugia fil-mistrieħ deher li ħalla l-effett għaliex il-Beltin ħarġu aħjar u saħansitra irnexxilhom jagħmlu l-iskor idaqs b’gowl sabiħ tal-veteran Charlie Zammit u Scerri.
L-aħħar sessjoni kienet kompliet tkun missielta u d-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet minima biż-żewġ timijiet jitilfu diversi okkażjonijiet ta’ skor. Il-gowl li ta r-rebħa lill-Beltin wasal minn Rainier Scerri lejn it-tmiem biex il-Beltin irnexxilhom jikkontrollaw sal-aħħar.
Valletta> R. Sciortino, R. Mock, M. Spiteri Staines (1), M. Rizzo, N. Bonello Ghio, S. Cachia, M. Cordina, C. Zammit (1), C. Debono, R. Scerri (2), D. Paolella, D. Abela
Sirens> N. Grixti, Z. Mizzi (1), G. Merten, G. Pace, M. Grech, A. Sammut, M. Caruana (1), D. Cutajar, J. Napier, G. Debono, L. Caruana, J. Zampa, M. Pisani (1), A. Camenzuli, M. Agius
Referees> Mario Dalli, Alex De Raffaele
Jiksbu t-tieni rebħa
Sliema Frank Salt…….14
Exiles Ferretti……………5
(7-2),(1-2),(3-1),(3-0)
Sliema Frank Salt kisbu t-tieni rebħa tal-Kampjonat meta f’partita faċli għelbu lil Exiles Ferretti 14-5. It-tim ta’ Paul Privitera ħa l-logħba f’idejh mill-bidu u kompla jżomm l-istess ritmu matul l-erba’ sessjonijiet biex b’hekk kiseb rebħa faċli. Għal Exiles din kienet partita oħra diffiċli fejn wara t-telfa kbira kontra Neptunes kellhom ibaxxu rashom għal qawwa Slimiża.
Exiles għajr għat-tieni sessjoni, rari dehru fil-partita u saħansitra skorjaw l-ewwel gowl tal-partita wara li l-avversarji kellhom vantaġġ komdu ta’ erba’ gowls.
Sliema rebħu l-ewwel sessjoni 7-2 biex mal-bidu tal-partita kellhom il-partita f’idejhom. Exiles irnexxilhom jerbħu t-tieni sessjoni biex naqqsu l-marġni tal-iskor għal erba’ gowls sal-mistrieħ.
Iżda Gabarretta, Meli u Soler reġgħu poġġew lil Sliema f’pożizzjoni komda biex komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni biex rebħu 14-5.
Sliema> R. Coleiro, J. Gabarretta (3), N. Lubrano, T. Sullivan, M. Meli (3), J. Soler (2), J. Borg (1), C. Cluett (1), J. Brownrigg (2), E. Aquilina, A. Attard (2), N. Bugelli, K. Schembri
Exiles> I. Bugeja, J. Rizzo Naudi (2), S. Vassallo, D. Pace Lupi, L. Borg, N. Portelli (1), J. Spiteri Staines, K. Griscti (2), L. Peric, P. Borg, B. Lanzon, S. Galea Pace, K. Lanzon (1),
Referees> Massimo Angileri, Peter Balzan