Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com jidher li żewġ persuni; raġel u mara waqgħu mill-irdum ta’ Ħad-Dingli.
Il-Pulizija marret fuq il-post u flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta tellgħu lil dawn il-persuni mill-irdum.
S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.
//= $special ?>
