Lokali

Il-President u s-Sinjura tiegħu għal żjara uffiċjali fil-Vatikan

Il-President ta’ Malta George Abela għada se jiltaqa’ mal-Papa Franġisku waqt żjara uffiċjali fil-Vatikan qabel ma jtemm il-mandat tiegħu.

Il-President ħalla Malta kmieni dalgħodu, akkumpanjat mis-Sinjura Margaret Abela u mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella. Qed jakkumpanjawh ukoll uliedu u n-neputijiet tiegħu. Il-President u s-Sinjura Abela mistennija jirritornaw Malta s-Sibt li ġej.

Fin-nuqqas tal-President Abela minn Malta, Dolores Cristina qed tassumi r-responsabbiltajiet bħala Aġent President.