Aġġornata (6)
Nicholas Grech ta’ 37 sena mill-Mosta, li tard il-Ħamis filgħaxija ġie mixli quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia bi krudelta’ fuq l-annimali, dan billi wettaq atti makabri f’dawn l-aħħar sentejn u nofs fil-Mosta, inżamm taħt arrest preventiv.
Il-Qorti ordnat li huwa jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli u mhux fil-ħabs ta’ Kordin.
B’leħja folta, liebes libsa sewda u “flip flop” u jiċċaqqlaq kontinwament waqt li kien qiegħed bilqiegħda jisma’, Grech wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih.
Grech, li huwa Inġinir mal-Korporazzjoni Enemalta ġie mixli b’moħqrija ta’ annimali, bi qtil ta’ annimali domestiċi, li għamel vjolazzjoni ta’ oqbra, li kasbar ir-reliġjon katttolika u li daħal fil-Knisja tal-Mosta jew fil-grotta tal-kappella tal-isperanza.
Fil-bidu tal-każ il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Edmond Curmi u Joseph Busuttil ppreżentaw 15-il muftieħ u ċwievet li allegatament l-akkużat uża biex ikollu aċċess għall knejjes u kripti.
Qabel ma daħal il-Qorti eskortat mill-Pulizija Grech ġie mgħajjar minn xi persuna preżenti, l-aktar minn mara li bdiet toffedih għall-allegati atti li wettaq fuq l-annimali. Wiċċu mgħotti huwa ddaħħal mill-Pulizija għall-awla tal-Maġistrat Farrugia.
L-Avukat Martin Fenech ma għamel l-ebda talba għal liberta’ proviżorja f’dan l-istadju. Dan il-każ huwa dwar serje ta’ qtil ta’ annimali l-aktar qtates u anke xi, li kienu qegħdin jinsabu msallbin f’diversi nħawi differenti tal-Mosta.
Erbatax il-annimal, instabu mejta u msallbin bejn Settembru tal-2011 u x-x-xahar li għadda. Aktar kmieni matul il-jum f’konferenza li saret mill-Pulizija mmexxija md-Deputat Kummissarju Ray Zammit ħareġ li Grech għamel dak li għamel għax ried l-attenzjoni tal-midja.
Aġġornata b’filmat
[headlines headline=”h3″ ] Nicholas Grech iwieġeb ‘mhux ħati'[/headlines]Nicholas Grech ta’ 37 sena mill-Mosta wieġeb mhux ħati fil-Qorti hekk kif dan tressaq il-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ qtates u klieb fil-Mosta fl-aħħar xhur.
Ir-raġel intbagħat Monet Karmeli. Aktar dettalji dalwaqt…
Aktar kmieni…
[headlines headline=”h3″ ] Kien ilu meqjus bħala suspettat għal dawn l-aħħar 14-il xahar[/headlines]Nicholas Grech ta’ 37 sena mill-Mosta li kien arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-qtil ta’ klieb u qtates fil-Mosta fix-xhur li għaddew, ilu meqjus bħala suspettat tal-Pulizija għal dawn l-aħħar 14-il xahar.
F’konferenza tal-aħbarijiet, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit qal li f’dawn ix-xhur il-Pulizija użat kawtela u paċenzja kbira, fl-istess waqt li kienet qed iżżomm taħt għajnejha wkoll numru ta’ persuni dwar dan il-każ.
L-Assistent Kummissarju Zammit qal li r-raġel kien arrestat ilbieraħ fis-7am wara li l-Pulizija segwietu u rċeviet informazzjoni mill-pubbliku. Hu kien qed jgħix mal-ġenituri tiegħu fil-Mosta f’ċirkostanzi li Zammit iddeskriviehom bħala “strambi”. Fir-residenza, minbarra materjal fuq il-kompjuter tar-raġel, il-Pulizija sabet ukoll żewġ qtates ħajjin.
L-Assistent Kummissarju qal ukoll li f’dan l-istadju l-Pulizija mhux qed teskludi li hemm persuni oħra nvoluti f’dan il-każ.
Aktar kmieni …
[headlines headline=”h3″]Il-Pulizija mistennija tressaq raġel b’rabta mal-każijiet tal-qtil tal-annimali fil-Mosta[/headlines]
Il-Pulizija llum mistennija tressaq il-Qorti persuna akkużata bil-qtil tal-annimali fil-Mosta. Jidher li r-raġel li se jitressaq il-Qorti għandu 37 sena u hu mill-Mosta.
Rapporti jgħidu li l-Pulizija se tressaq lil dan ir-raġel wara li lbieraħ membri tal-Korp daħlu fid-dar tiegħu u għamlu tfittxijiet fil-kompjuter. Hemm huma sabu materjal relatat mal-qtil tal-annimali. Ir-raġel kien ingħata kura minħabba problemi psikjatriċi.
Jidher li r-raġel ma jiġix minn Franġisku Buhagiar, li meta feġġew l-ewwel każijiet tal-qtil tal-annimali kien suspettat bil-qtil. L-ewwel każ ta’ annimal imsallab seħħ f’Ottubru 2011 u minn dakinhar ‘l hawn inqatlu 13-il annimal.
//= $special ?>
