Lokali

Jitwaqqfu direttivi għall-ħaddiema tal-ekwipaġġ

Fi stqarrija, l-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta ħabbret li temmet b’suċċess taħdidiet mal-Union tal-membri tal-ekwipaġġ wara tilwima industrijali li bdiet il-union jumejn ilu dwar il-policy tagħha dwar il-‘leave’.

L-Air Malta qalet li d-direttivi li kienet ħarġet il-union għall-membri tagħha issa tneħħew, hekk kif intlaħaq ftehim il-Ħamis waranofsinhar wara diversi siegħat ta’ negozjati bejn iż-żewġ partijiet.