Ilbieraħ inħatar il-Kumitat tal-APAN, l-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti, waqt laqgħa li nżammet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Wara li fil-jiem li għaddew saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, fil-laqgħa tal-bieraħ Herbert Messina Ferrante kien konfermat President tal-Assoċjazzjoni. Barra minhekk, Antoinette Vella nħatret Segretarja, filwaqt li Mary Rose Mifsud inħatret Viċi President.
F’karigi oħra, Aida Scerri nħatret Teżorier, Lina Caruana bħala Segretarju Internazzjonali, Anthony Deguara bħala Assistent Segretarju, Mary Gauci bħala Assistent Teżorier u Victor Mario Abela bħala Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi.
Membri oħra fil-Kumitat Eżekuttiv huma Nazju u Lucia Abela, Carmel Azzopardi, Joe u Helen Lomax, Mary Mangion u Mario Rizzo Naudi.
//= $special ?>
