Hemm tamiet ġodda għall-qraba tal-239 passiġġier li kienu abbord l-ajruplan tal-Malaysia Airlines li għeb fit-8 ta’ Marzu li għadda u ħadd ma jaf x’sar minnu. B’dawn it-tamiet, issa almenu jistgħu jsiru jafu x’ġara minn dawk għeżież għalihom. Dan hekk kif l-awtoritajiet Awstraljani ħabbru li fuq ritratti tas-satellita, dehru żewġ oġġetti fl-Oċean Indjan.
Madankollu, kif anke spjega l-Prim Ministru Awstraljan fil-Parlament, dawn l-oġġetti mhux bilfors huma relatati mal-ajruplan tal-Malaysia Airlines. Minn meta ġew identifikati dawn iż-żewġ oġġetti, beda l-proċess biex bastimenti Awstraljani jsibu dawn l-oġġetti u jindikaw x’inhuma.
//= $special ?>


