Lokali

10 psikologi ġodda jingħataw il-warrant

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca tat il-warrant lil għaxar psikologi ġodda bil-għan li jkunu jistgħu jibdew jipprattikaw din il-professjoni.

F’ċerimonja li saret fil-bini tal-Ministeru, il-Ministru Coleiro Preca qalet li sfortunatament m’hemmx biżżejjed viżibilità ta’ din il-professjoni. Huwa għalhekk li hi insistiet li lkoll flimkien għandna naħdmu biex intellgħu l-viżibilità tal-professjoni.

Il-Ministru Coleiro Presa sostniet li llum għad hawn persuni li jħarsu lejn il-psikologu b’ċertu stigma u ma jfittxux l-għajnuna li jkollhom bżonn.

Din il-mentalità rridu nbiddluha qalet il-Ministru Coleiro Preca, bil-għan li s-soċjetà tagħna tkompli tikber u timmatura fi ħsibijietha u tfittex l-għajnuna meta tiġi bżonnha.

Il-Ministru temmet billi awgurat il-psikologi l-ġodda f’ħidmiethom fis-soċjetà bil-għan li l-poplu jkun aktar b’saħħtu u kapaċi jiffaċċja kull sitwazzjoni f’ħajt