L-Għaqda ex Studenti tal-Liċeo qed tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqif tagħha f’Marzu 1994.
Għal din l-okkażjoni saret quddiesa konċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona fil-Katidral tal-Imdina u wara sar riċeviment.
Numru ta’ studenti tal-Liċeo li għażlu s-saċerdozju qaddsu din il-quddiesa mal-Arċisqof Pawl Cremona.
Għall-quddiesa u r-riċeviment attendew membri tal-Għaqda ex Studenti Liċeo flimkien ma’ familjari tagħhom.
L-iskop ta’ din l-attività kien li dawn l-ex studenti jerġgħu jiltaqgħu flimkien u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom issa li jkun għadda tant żmien minn meta kienu fl-istess bankijiet tal-Liċeo.
//= $special ?>