L-ajruport ta’ Tripli kellu jingħalaq wara li diversi rockets niżlu fuq ir-runway.
Uffiċjali qalu li żewġ rockets niżlu fuq ir-runway ma-sebħ hekk kif fil-periferiji tal-ajruport kien hemm ħafna sparar. Hemm suspetti li l-bombi setgħu niżlu bi żball fuq l-ajruport.
It-titjiriet lejn u mill-ajruport ta’ Tripli kienu sospiżi sas-Sibt. L-ajruport jinsab taħt il-kontroll tal-militanti minn Zintan – l-istess grupp li għandhom il-kustodja tat-tifel ta’ Gaddafi Seif al-Islam.
//= $special ?>


