Internazzjonali Unjoni Ewropea

David Casa jikkundanna l-imblukkar ta’ Twitter fit-Turkija

Fit-Turkija, hekk kif il-protesti kontra l-Prim Ministru Tayyip Erdogan qed ikomplu, fil-pajjiż is-sit soċjali Twitter fuq l-Internet beda jkun imblukkat. Din il-mossa ġiet ikkritika mill-President tal-pajjiż. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa qal li l-imblukkar tat-Twitter fit-Turkija mhix aċċettabbli. Hu sostna li soċjetà demokratika għandha tippermetti li l-poplu jesprimi ruħu.

Ftit ġranet ilu Erdogan wiegħed li kien se jelimina t-Twitter wara li fuqu nxterdu allegazzjonijiet serji dwar korruzzjoni fil-Gvern. Hu stmat li fit-Turkija hemm mal-għaxar miljun persuna li jużaw dan is-sit.