Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fetaħ kawża ta’ libell kontra d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela bħala l-Editur tal-gazzetta Laburista “KullĦadd”, wara li dan ippubblika artiklu mimli allegazzjonijiet u insinwazzjonijiet foloz u malafamanti fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda.
L-artiklu jinsinwa li nħarġu direct orders u ngħata rigal tal-Istrina lil kumpanija li kien fi sħab fiha Simon Busuttil minħabba r-rwol tiegħu fil-kumpanija u mhux minħabba l-kompetenza li kienet toffri l-kumpanija.
Dan sar bl-intenzjoni li timmalafama lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tesponieh għad-disprezz tal-pubbliku.
//= $special ?>
