Ir-riformi li qed jipproponi l-Gvern għall-ġustizzja kienu diskussi f’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku li fiha kienu identifikati r-riformi ewlenin li għandhom l-iskop li jtejbu diversi proċessi fil-kors tal-ġustizzja.
Dwar ir-rifomri tkellem is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici li qal li r-riformi mhux se jsiru għall-avukati biss iżda se jsiru wkoll għall-poplu.
Ir-riformi se jsiru bejn din is-sen au l-2017 u jitrattaw bidliet fil-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u fid-dixxiplina tal-ġudikanit fejn se titneħħa r-regola li biex ġudikant jitneħħa jrid ikun hemm żewġ terzi tal-Parlament. Din ir-responsabbiltà issa se tkun tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-proposti jinkludu taħriġ mandatorju għall-ġudikanti, li se jibqgħu jintgħażlu mill-Gvern. Hu propost ukoll li d-Dipartimentt tal-Qorti jinqata’ mis-servizz pubbliku u jsir entità għalih. Dwar id-dewmien fil-qrati, hemm propost dwar id-differimenti, il-mod kif jinkisbu kopji tas-sentenzi, il-medjazzjoni, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri kriminali u l-appuntamenti għas-smigħ tal-kawżi.
Riformi oħra huma li missirijiet minorenni se jkunu jistgħu jirrikonoxxu t-tfal tagħhom, se jitwaqqaf customer care fil-qorti u se jsiru proposti dwar l-ilbies tal-irġiel fil-qorti tul is-sajf. Il-proposti jitrattw ukoll il-manteniment fejn qed ikun propost li jkun hemm piena ta’ 100 ewro jekk il-manteniment ma jingħatax. Settur ieħor li se jintlaqat hu dak tal-istabbilmenti li se jkunu obbligati jinstallaw apparat apposta li jkejjel il-ħoss.
Il-Gvern se jippropni wkoll lis-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jkollhom effett ta’ liġi f’Malta u li l-ammont ta’ danni morali jitla’ għal 25,000 ewro. Dan filwaqt li libell kriminali se jitneħħa biex il-libell ikun jista jsir biss b’mod ċivili. Se titwaqqaf ukoll taqsima li tabbozza l-liġijiet.
Ir-riformi jagħtu prijorità lill-vjolenza domestika fejn se jkun inforzat li l-kawżi ta’ vjolenza domestika jridu jinstemgħu sa erbat ijiem mir-reat.
Il-pjani tal-Gvern huma li jiżdied ġudikant fil-Qorti tal-Apppell u li l-Prim Imhallef ma jibqax jippresedi l-Qorti tal-Appell Kriminali. Riformi oħra li jinkludu żieda ta’ ġudikant huma fil-Qorti tal-Familja fejn qed ikun determinat li l-avukati tat-tfal għandu jkollhom ukoll taħriġ fil-psikoloġija u jkun introdott kodiċi ta’ etika.
Il-gvern qed jippjana wkoll li fl-2016 ikun introdott charter taċ-ċitttadin biex jissalvagwardja livell ta’ servizz mogħti fil-qrati.
//= $special ?>

