Internazzjonali

L-Italja ssalva 4,000 immigrant

Il-militar Taljan salva aktar minn 4,000 immigranti tul l-aħħar erbgħat ijiem u matul il-ġurnata tal-Ġimgħa kien hemm ħidma kontinwa ta’ salvataġġ ta’ gruppi oħra.

Dan wara li t-temp bnażżi wassal għal mewġa ġdida ta’ immigranti fil-Mediterran.

Fil-port ta’ Augusta fi Sqallija twassal grupp ta’ aktar minn 1,500 immigrant li kienu salvati u magħhom żewġ persuni suspettati li organizzaw il-vjaġġ.

Kelliem għall-Qawwa tal-Baħar Taljan qal li bejn Sqallija u l-Libja hemm madwar tmien bastimenti tal-gwerra impenjati minħabba l-vjaġġi tal-immigranti.