Lokali

Raġel rappurtat nieqes jinstab mejjet fl-Aħrax tal-Mellieħa

Patrick Grixti, ir-raġel ta’ 44 sena li lbieraħ kien rappurtat nieqes mill-Pulizija, nstab dalgħodu mejjet fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li lbieraħ stess il-Pulizija wettqet tfittxija ntensiva fiż-żona tal-Aħrax wara rapporti li wasslulha. It-tfittxijiet waslu biex sfortunatament, dalgħodu r-raġel instab mejjet.

Fi stqarrija lbieraħ, il-Pulizija qalet li Grixti deher l-aħħar it-Tnejn li għadda filgħaxija f’Tas-Sliema.