Qorti

Sentenza sospiża għal Spanjola li mportat ir-reżina tal-kannabis

Tfajla Spanjola ta’ 26 sena, u li hija residenti l-Gżira ġiet kundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammettiet li mportat ir-reżina tal-kannabis għal użu personali tagħha.

Africa Paya Sanchez minn Valencia, kienet arrestata mir-residenza tagħha nhar il-Ħamis wara li l-Pulizija bdew jinvestigaw pakkett li wasal mill-posta, u li fih kien hemm id-droga.

L-Ispettur Nikolai Sant qal fil-Qorti li d-droga kienet ta’ ftit anqas minn 10 grammi, u li kienet importata mit-tfajla għal użu personali tagħha. Meta qies kollox, il-Maġistrat Francesco Depasquale, anke l-fatt li ammettiet fi stadju bikri, qal li l-aħjar sentenza hija dik sospiża.

Il-Maġistrat spjega lit-tfajla li ma kienx se jimponi multa fuqha flok sentenza sospiża, u dan għax multa f’dan il-każ kienet tkun wada qawwija u li titfa’ piż qawwi fuqha.

“Madankollu tirrepetix l-iżbalji li għamilt, qalilha l-Maġistrat. Għal Sanchez deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Cedric Mifsud.