Is-servizzi soċjali franċiżi sabu erbgħat itfal tal-età bejn ix-xahrejn u s-sitt snin, maqfula f’appartament. L-indikazzjonijiet huma li dawn kienu ilhom maqfula hemm mit-twelid.
L-ikbar wild meta nstabet lanqas setgħet titkellem jew timxi. Intqal li huma kienu jorqdu fuq saqqu mal-art f’housing estate żdinġat fis-subborg ta’ La Corneuve f’Pariġi.
Intqal li ġirien lanqas kienu jafu li dawn it-tfal kienu jeżistu.
Jidher li kollox inkixef meta l-omm, li għandha 27 sena, marret l-isptar b’tarbija ta’ xahrejn u t-tobba hemmhekk tħassbu minħabba l-kundizzjoni ħażina li kienet tinsab fiha t-tarbija.
Issa l-omm u l-missier ta’ 33 sena qed jinżammu arrestati mill-Pulizija u msitennija jitressqu l-qorti akkużati b’krudeltà lejn it-tfal. S’issa ma jidhirx li t-tfal kienu abbużati imma biss injorati.
//= $special ?>
