L-attakkanti ta’ Man City u Man Utd Sergio Aguero u Robin Van Persie se jitilfu id-derby ta’ nhar it-Tlieta kontra r-rivali Man Utd. Dan l-istaġun Aguero ilu jbati bil-hamstring u ġimgħa ilu weġġa’ fit-tieni leg tal-fażi tal-aħħar 16 taċ-Champions League kontra Barcelona. Van Persie weġġa’ rkopptu nhar l-Erbgħa kontra Olympiakos f’serata li fiha skurja tliet gowls u se jdum barra bejn erba’ u sitt ġimgħat. Aguero jista’ jitlef ukoll i l-logħba tad-29 ta’ Marzu kontra Arsenal. Din hi daqqa ta’ ħarta għal Man City li se jkunu mingħajr l-aqwa skorer tagħhom li dan l-istaġun skurja 26 gowl.
Van Persie hu ċert li se jitlef iż-żewġ legs tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Bayern Munich.
MOURINHO – Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho se jikkontesta d-deċiżjoni tal-FA Ingliża wara li ġie akkużat b’imġieba ħażina fi tmiem il-ġimgħa fit-telfa ta’ 1-0 kontra Aston Villa. Mourinho daħal ikellem lir-referee Chris Foy wara li dan tal-aħħar keċċa lil Ramires. Minbarra Ramires Chelsea tkeċċielhom ukoll Willian. Il-kowċ Portugiż għandu sa nhar it-Tnejn li ġej fis-6pm biex jippreżenta tweġiba uffiċjali lill-FA.
Intant, il-logħob kollu fl-Ingilterra li se jintlagħab bejn il-11 u l-14 ta’ April se jibda’ seba’ minuti tard biex ikun imfakkar il-25 anniversarju sa minn meta 96 partitarju ta’ Liverpool tilfu ħajjithom f’ Hillsborough.
//= $special ?>
