Lokali

Il-pubbliku jiddiskuti mal-kandidati għall-Parlament Ewropew

Il-pubbliku llum kellu ċ-ċans jipparteċipa f’dibattitu dwar suġġetti li jolqtu lil pajjiżna fil-laħam il-ħaj u li fih kienu mistiedna jieħdu sehem kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew minn kull partit.

L-attività, organizzata minn EuropeDirect, rat lil pubbliku preżenti jagħmel mistoqsijiet direttatment lil kandidati, fuq numru ta’ suġġetti, fosthom il-kaċċa fir-rebbiegħa, l-immigrazzjoni llegali, l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, il-pożizzjoni tal-Partit Laburista dwar l-Unjoni Ewropea, il-faqar f’Malta u l-anzjani.

Immexxi minn Andrew Azzopardi, fil-preżenza tal-Kap tal-Uffiċċju għall-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Malta Peter Agius, il-kandidati spjegaw il-pożizzjoni tagħhom dwar dawn l-oqsma.

Preżenti kien hemm ukoll il-Kandidati għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Kevin Plumpton u Helga Ellul li fost oħrajn tkellmet dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa u l-bżonn li l-politiċi jagħtu każ dak li qed jgħidu n-nies f’dan ir-rigward.

Iktar tard matul l-attività, ġew diskussi wkoll temi li jolqtu l-Ewropa kollha u l-kontribut li Malta, permezz tal-ewroparlamentari tagħha, tista’ tagħti fuq sfera Ewropea